Jien Priġunier.
Jien priġunier
tad-dinja li ngħix fiha,
Ta’ dak li
qiegħed nara u dak li mmiss,
Ta’ dak li jaħbat
miegħi dak li nisma,
Ta’ dak li jersaq
lejja nkiss, inkiss.
Jien priġunier ta’
dan il-moħħ prekoċi,
Tal-ħsibijiet li
jiġru kullimkien,
Tal-ħsieb qalil
li qatt ma jrid jitrażżan
U miegħu lili
jġorr kull fejn kien, kien.
Ilsir tal-meravilji
ta’ madwari,
Ta’ li nixtieq u
rridu minnufih,
Ta’ kull
passjoni, istint u tqanqil ieħor,
U ta’ xewqat li
jduru ma kull riħ.
Jien priġunier ta’
dak li nġorr fuq dahari,
Ta’ dak li minnu
ngħaddi u dak li ġej,
Ta’ dan il-ġisem
tqil li beda jbatti,
U ta’ kull xkiel,
ma tafx fejn hu l-werrej.
Jien priġunier ta’
l-art li qed ngħix fiha,
Tax-xogħol li
nagħmel, l-ambizzjonijiet,
Tal-biża’ li
jaqbadni l’għada nsebbaħ,
Tad-dubbji li
jiġuni bil-mijiet.
U ngħix fid-dell
ta’ waħx li jiġri miegħi,
Warajja jkun
bil-pass kull fejn immur,
Itektek fis-subkonxju
f’kull ma nagħmel:
Il-mewt li minna
ħadd ma jaħrab żgur.
Għax il-ħelsien
li naf fil-poeżija,
F’dawk il-waqtiet
xħin waħdi bla miżmum,
Nintebaħ jien min
jien, ngħix fija nnifsi,
U niżżik ħajr
Mulej kull meta nqum.
Alfred Grech.
08/06/2016