Friday, 1 July 2016



Ma nafx minn fejn ser nibda

Ma nafx minn fejn ser nibda biex inġonġi
Il-kliem sabiħ għalik ikun tifkira,
Il-pinna f’idi, moħħi qoxqox,
U f’ruħi hemm desert ta’ sogħoba kbira.

Qaluli biex ngħannilek xħin tinħareġ
Ix-xbieha mqaddsa tiegħek minn ġon-niċċa.
Leħen m’għandix u lanqas melodija,
U lanqas naf mnejn tibda u fejn tispiċċa.

Tifħir għalik kull kreatura ttenni,
Dutturi, għorrief, poeti tal-istorja,
Fil-litaniji, innijiet u kurunelli,
U l-anġli tas-smewwiet jgħolluk fil-glorja.

Fqir wisq dak li ntennilek O Marija,
Dal frak u dal biċċiet ta’ qalb mifnija.

Alfred Grech
30/06/2016


Miktuba fl-okkazzjoni tal-ħruġ tal-istatwa tal-Madonna tas-Sokkors Kerce, min-niċċa

No comments:

Post a Comment