Jekk Tgħereq.
Jekk tgħereq f’dawn l-abbissi,
Fejn darba jien inħbejt,
Issib mitt elf raġuni
U għadek fejn ħallejt.
Jekk tgħum fil-baħar tiegħi,
Biex turi fedelta’,
Tiskopri dinja ġdida,
Mhux din ir-realta’.
Jekk tidħol ġewwa qalbi,
U tfittex sew bis-sħiħ.
Teżori sbieħ jinkixfu,
Qalb ferħ u qalb uġigħ.
U tibqa’ tgħammar miegħi
F’dak kollu li stajt bnejt,
Il-bieb niftaħlek beraħ
Tkun l-aktar li ħabbejt.
U jekk imbagħad xi darba
Li titlaq, tkun trid, tmur,
Tiġik it-tentazzjoni
Biex timraħ, biex iddur,
Trid qabel tisker sakra
U tagħaqad bla waqfien,
F’dak kollu li berraħtlek
F’dak kollu li hu jien.
Alfred Grech
09/07/2016

No comments:
Post a Comment