Tuesday, 14 June 2016



Bejnietna Hemm Baħar Jaqsam.

Bejnietna hemm baħar jaqsam
Hemm ħsieb li ma jgħaddix,
Ilsien li mank jinftiehem,
Kurrent li ma jimxix.

Kemm trid f’għajnejk inħares
U nara jekk naqrax,
Il-poeżija tiegħi
U d-diwi jekk nismax

Tal-għana li ngħannilek,
Ta’ dak li ngħid nixtieq,
U nkun ċert li qed tifhem
U mhux tagħtih bis-sieq.

Hemm bogħod mill-art sas-sema,
Bejnietna hemm oċean,
U tibqa’ ħajjtek kollha
Tistqasi jekk hux dan.

Alfred Grech

14/06/2016

No comments:

Post a Comment