Inewwaħ il-Baħar.
Inewwaħ il-baħar
għalkemm ħiemed,
Jgħorok ma koxox
il-blat bla ma jerħi.
Jien negħereq
ukoll f’dan il-baħar
Ta’ li ma nafx
fejn jien jerw qiegħed f’dinja oħra.
.
Imqar is-sema
ttappan
Għaliex ix-xemx
staħbietlu
Wara l-velu
tal-mistħija,
Duħħan ta’ swied
il-qalb.
Is-skiet ukoll
għandu l-polz tiegħu
Żiffa li taħbat
ma wiċċek
Biex tisraq
il-ħemda tal-blat għeri
Jew ħaxix niexef.
Iżda l-polz
tal-ħajja mal-polz tal-univers.
Hawnhekk ukoll
l-iħirsa jieħdu l-forma
Qalb l-arja
mtappna
Biex l-anqas biss
jingħaraf
Dak li hu tassew.
Jien nixtieq
nibqa’ ngħammar f’dawn l-inħawi
Biex mal-iħirsa
nibqa
Insaħħar lil min
jiġi.
Alfred Grech
Tas’ Slima, San
Lawrernz.
12/06/2016

No comments:
Post a Comment