Thursday, 23 June 2016



Xortik

Hemmhekk mhux ser issibha
Fil-ġiri u fil-mistrieħ
Tweġiba għal mistoqsija
Bħal-għerf li tar mar-riħ.

Hemmhekk mhux ser issibha
La tħaddem moħħok xejn
Bil-ħsieb u bir-raġuni
Tixtarr m’għandekx għalfejn.

Tweġiba għall-mistoqsija,
Int żgur mhux ser issib,
Imbagħad jekk tibda tgħixha
Bli jiġi u b’kull ma ġġib.

Għax f’dal li tagħmel issa,
Tkun taf u b’kemm jiġik
Kemm f’moħħok u kemm f’ġismek,
Imqajjem u f’sensik.

U tibqa’ tgħix il-ħajja,
Bli jiġi ta’ kulljum,
Tittama fil-fortuna
Ukoll jekk din iddum.

Xi darba għad tidħaqlek,
U meta u xħin ma tafx,
Xħin lanqas tkun tistenna
U kif ma tingħarafx.

Alfred Grech

23/06/2016.

No comments:

Post a Comment