Monday, 27 June 2016



U Bqajna Nagħmlu Bħalhom.

Inħalli lilkom tgawdu
Il-ġid li qed jinġema’,
Par ġwienaħ issa nrabbi
’L-fuq intir fis-sema.

Inħalli lilkom tfasslu
Sisien ta’ dinja ġdida,
Nintasab taħt dis-siġra
Bil-għana x-xemx nisfida.

Ma nafx li nħott kont qiegħed
Is-swar ta’ ġnien il-ġenna,
Għax jiena mingħalija
Kont barra qed nistenna.

Imm’aħna hawnhekk spiċċajna
Għax konna bħal ħaddieħor,
U bqajna nagħmlu bħalhom
Bla wieħed mhu bħall-ieħor.

U nafu li żbaljajna
Għar ridna nserrħu rasna
U bqajna nagħmlu bħalhom,
Biex setgħu jagħtu kasna.

Alfred Grech

27/06/2016

No comments:

Post a Comment