Din tista’ tkun il-mixja
Din tista’ tkun
il-mixja
L-itwal li qatt
imxejt,
Nimxiha xorta
waħda
Inkompli għalkemm
għajjejt.
Li jwassal f’tarf
id-dinja
Dan jista’ jkun
il-vjaġġ,
Mhux sejjer nerġa’
lura
Imxekkel bl-ingranaġġ.
Int tista’ tiġi
miegħi
F’dal ħin qasir,
misluf,
Tal-inqas ma
tkunx waħdek,
Mitluq, beżgħan,
mitluf.
Kull darba li niltaqgħu
Arana nibdlu
l-pass,
Infasslu rotta
ġdida,
Bir-riga u bil-kumpass.
Kull darba li
niltaqgħu,
Ix-xefaq jersaq
qrib,
Id-dinja hawn
tispiċċa
U s-sema nerġa’
nsib.
Din tista’ tkun
il-mixja,
Li twassal għad x’imkien
Xħin nisma’ leħen
jgħidli:
“Trid tkun minn
ta’ quddiem”.
Din tista’ tkun
il-mixja,
L-itwal li qatt
imxejt
Nimxiha xorta
waħda,
Inkompli fejn
ħallejt.
Alfred Grech
18/06/20126

No comments:
Post a Comment