Thursday, 16 June 2016




Nitbissem biex naħbiha.


Nitbissem biex naħbiha
Kemm jien miniex bħal bqija,
Il-biża qed f’kull kelma
U l-ħsieb tal-poeżija.

l-imħabba li trid tfisser
Il-versi ta’ bla rima,
Taħsibni qawwi u f’saħħti,
U għalhekk din it-tbissima

Biex nidher aktar b’saħħti,
Biex lanqas iferuni,
Malajr sibt wara kollox
Li x-xifer qed juruni.

Bħal meta tirrakkonta
Xi ħrafa u mbagħad torqomha
U tibda tgħix il-ħolma
li għadek trid toħlomha.

Alfred Grech

16/06/2016

No comments:

Post a Comment