Tuesday, 28 June 2016




Int Tista’ Tgħid.

Int tista’ tgħid li qatt ma rajtni
Nixxabbat mal-ħitan li bnejna,
U tista’ tgħid li qatt ma ħsibna
Li nterrqu toroq mnejn għaddejna;

Li tul dat-toroq li terraqna,
Kien hemm xi żmien li rġajna lura,
Li qtajna n-nifs, li reġa’ bdielna,
Inkella nħbejna taħt xi sura.

Int tafni biss fuq il-gardjola
Mank nemmen biss irrid ’l-għajnejja,
Imberraħ dak li nħoss ġo qalbi
Bid-dmugħ iġelben ma ħaddejja.

Int tista’ tgħid u ma tkunx tigdeb,
U jiena xbajt hawnhekk nittawwal,
Fil-foss fejn qatt u qatt ma konna,
Mhemm l-ebda raġġ li jista’ jdawwal.

Alfred Grech
2806/2016


No comments:

Post a Comment