Tuesday, 12 July 2016



Palazzo Celio.                                      

Ftit kienu dawk ta’ fidi li xi darba
Dar-raħal li fl-imgħoddi baqa’ lura,
Kiene ser iwelled għaqda mużikali
Li trawwam il-ħiliet hawnhekk miġbura.

U kienu inqas dawk li darba ħolmu
Li jibnu dar fejn qabel kien hemm xahari.
Mingħajr il-flus. mingħajr dawk ir-riżorsi
Bħal blugħa kien il-ħsieb u l-pjan aħħari.

Sakemm il blugħa saret ħaġa serja,
U l-ħolm tal-ftit kien beda jieħu s-sura.
Akkwistaw art, bdew jibnu ġebla, ġebla,
U sar proġett mingħajr ma ħarsu lura.

U llum hawn dal palazz li fit-tifsila
Hu monument tal-għaqal u tal-ħila.

Alfred Grech
24/06/2016


No comments:

Post a Comment