U xħin nispiċċa ngħanni.
U xħin nispiċċa
ngħanni, tistaqsini,
Kontx jien dak
il-profeta li kien ħabbar
It-tmiem
tad-dinja. Terġa’ tistaqsini:
Jekk kontx minn
dawk il-ħafna li sejjħulek.
U biex s’hawnhekk
stajt nasal kelli ninsa’
Dak kollu li
tgħallimt, dak li kien tajjeb
Fl-għadira
tal-banali u tal-medjokiri.
Jekk jien wasalt
s’hawnhekk għax rasi iebsa,
Għax kont ribell,
ma żvintx maż-żifna tagħhom,
Fittixt il-mogħodijiet
tas-solitudni,
U ntbaħt minn
kmieni ferm il-baħħ tal-frugħa.
Ta’ dak li nara,
immis u dak l’għallmuni.
Jien nista’ qatt
ma nilħaq il-quċċata
Iżd’ inti qatt ma
tixba tistaqsini.
Alfred Grech
01/07/2016

No comments:
Post a Comment