U Meta Tlaqt
Minn Ħdejk.
U meta tlaqt minn
ħdejk,
Ma bqajtx inħoss is-sħana,
Tax-xemx ta’ nofsinnhar
Fil-qiegħa tas-sajf tagħna.
Ridt nisma’ ħoss ir-riħ,
Li jilgħab qalb il-friegħi,
Il-grillu l-ħemda jduq
Tal-lejl xħin ma tkunx miegħi..
Terraqt u ħafna ġrejt
Biex nasal f’tarf id-dinja
Biex nara
tinbidilx
Xħin taqbeż barra l-linja.
Inkella tinbidilx
In-nisġa tal-għanqbuta,
Il-ħjut u dad-disinn
Imdendla ma misluta.
Xħin konna ħdejn xulxin,
Int qisek kont mismuta,
U jiena ma sibtx xi ngħid,
Għax bħal waqajt fil-muta..
Xħin konna ħdejn xuxlin,
Staqsejtek kemm il-darba
Tweġiba bqajt ma ħadtx,
Illum fil-bogħgod tas-snin
Tal-mili u tad-distanza,
Nistaqsi jekk kontx int
U jien li sfinna d-danza..
Alfred Grech
22/06/2016

No comments:
Post a Comment