Dagħbien.
Qatt setgħu dawn
it-toroq,
It-toroq tagħna
t-tnejn
Iwasslu f’dan l-inkroċju
Li jżommna bejn
ħaltejn?
Qatt stajt bħal
skoll fil-baħar
Tanngħaqni bejn dirgħajk,
U l-bogħod li
hemm bejntietna
Jintilef bejn
subgħajk?
Qatt, qatt għax
inti safa’,
U jien ma nafx
min jien,
Għaddejja int
dritta, dritta,
U jien mitluf f’dagħbien.
Alfred Grech
24/06/2016

No comments:
Post a Comment