Thursday, 7 July 2016



U Għad Xi Darba Nifhmek.

Tgħid għad xi darba nifhmek
Xħin waħdi noqgħod kwiet,
Ningħalaq f’dan it-torri
Nntilef ġo das-skiet.

U noqgħod nikkuntempla,
Il-baħħ u t-tul taż-żmien,
Il-mixi tal-millenji,
U dak li qatt ma kien.

Li jgħannu bħas-sireni
U jħajjru lill-baħrin,
Dak kollu li kont tgħidli
Motivi ta’ kull ħin.

Alfred Grech

07/07/2016

No comments:

Post a Comment