Friday, 10 June 2016



Hekk Nafek Jien.

Hekk nafek jien mingħajr il-frilli
Mingħajr ilbies mingħajr xintilli,
Li bihom xi ħaddieħor ried iżejnek.

Sirt nafek biss xħin ġejt tħabbatli
Mal-ħġieġ, ittektek, tixxabbatli
Ma ħoġor it-tieqa u taħsadni.

Jien nafek lilek, hekk, kif inti
Kif toħroġ tħobb minn wara l-kwinti
Għarwiena u seduċenti
Mar-ritmi tal-kurrenti
Tistedinni nidħol miegħek
Fid-dlam tas-saltna tiegħek.

Hekk nafek jien, ja poeżija
Kull meta ġġegħelni ngħid xi ħaġa
Li mhix bħal bqija.

Alfred Grech

10/06/2016

No comments:

Post a Comment