Friday, 17 June 2016




F’dal-Baħar tal-Inkwiet

F’dal-baħar tal-inkwiet,
Qed ngħumu int u jien,
Għajnejna maħsulin,
Bid-dmugh ta’ dak li kien.

F’did-dinja ta’ ftaħir
Imdawwra b’ħallelin,
Nagħmluha tal-eroj
Inwieżnu liċ-ċkejknin.

F’did-dinja tejatrin,
Filosfi aħna t-tnejn
Nistaqsu u ma nwieġbux,
Ġejiniex hawnhekk għalxejn.

Ġo nifs l-eternita’
Interrqu t-tnejn ħafjin
Fil-wisa’ ta’ deżert,
Imserrħu ma xulxin.

Alfred Grech.

17/06/2016

No comments:

Post a Comment