Saturday, 25 June 2016



ISSA.

Issa li nħossni waħdi,
Inħoss dat-toqol kbir
Ta’ ġisem qed jiġġammja,
Ta’ moħħ li sar ilsir.

Ilsir ta’ ħsieb li jinbet
Mid-dlam ta’ bir bla qiegħ,
Fir-rabta ta’ kull drawwa,
Fejn l-għadu kien rebbieħ.

Fejn l-għadu hija d-dinja,
Dak kollu li tgħallimt,
It-toroq minnn fejn tgħaddi,
In-nies li qatt kellimt.

Issa, li nħossni waħdi,
It-toqol kollu mar,
Inħossni aktar ħieles
U sirt l-għasfur li tar.

Alfred Grech

25/06/2016

No comments:

Post a Comment