Nixtieqek.
Nixtieqek daqs iż-żmien
Li qatt flimkien
m’għaddejna;
Nixtieq li
t-tnejn flimkien
Inkomplu fejn
ħallejna.
Biex naqsmu dak
il-pont
Li bqajna qatt ma
qsamna,
U nordmu dak li
kien
Li bqajna qatt ma
rdamna..
U nkomplu dak
il-vjaġġ
Mnejn triqtna
nbidlet f’oħra,
Il-qari ta’
rumanż,
Li jkollu tmiem
xort’oħra.
Biex ngħidlek dak
li xtaqt
U bqajt biex qatt
m’għedtulek,
Biex ngħażel dak
il-kliem
Tassew li kien
jixraqlek.
U ngħidu lid-destin:
Din kienet
it-tifsila,
Imwieżna ma
xuxlin
Inkomplu t-triq
it-twila.
Alfred Grech
13/07/2016

No comments:
Post a Comment