XCVIII
Irrid insib li
naħrab taħt xi forma
Biex nitlaq, ma
nibqax f’din l-illużżjoni,
Il-bogħod minn
fejn jingħad li jgħodd fil-borma,
Tal-ħajja ta’
kulljum b’kumbinazzjoni.
Irrid immur insib
fl-anestesija,
Is-serħ mir-ritmu
mgħaġġel li jġibilna
Is-sogħoba f’qalbma
wara xi ħmerija,
Fix-xibka li
ninsġuha b’dak l’għamilna.
Irrid iż-żmien
naħarbu f’art minsija,
Il-bogħod minn
dak li jgħidu li hu sewwa,
Minn dak li jista’
jgħodd ‘mma mhux għalija
U nisma’ biss
minn dak li ġej minn ġewwa.
U ninsa’ wkoll kull
sens tal-irġulija,
U nżomm il-ferħ
fir-ruħ li hu għalija.
Alfred Grech
11-09-2016

No comments:
Post a Comment