Int Tista’ Tgħid.
Int tista’ tgħid
li qatt ma rajtni
Nixxabbat mal-ħitan
li bnejna,
U tista’ tgħid li
qatt ma ħsibna
Li nterrqu toroq
mnejn għaddejna;
Li tul dat-toroq
li terraqna,
Kien hemm xi
żmien li rġajna lura,
Li qtajna n-nifs,
li reġa’ bdielna,
Inkella nħbejna
taħt xi sura.
Int tafni biss fuq
il-gardjola
Mank nemmen biss
irrid ’l-għajnejja,
Imberraħ dak li
nħoss ġo qalbi
Bid-dmugħ iġelben
ma ħaddejja.
Int tista’ tgħid
u ma tkunx tigdeb,
U jiena xbajt
hawnhekk nittawwal,
Fil-foss fejn
qatt u qatt ma konna,
Mhemm l-ebda raġġ
li jista’ jdawwal.
Alfred Grech
2806/2016

















