Dan Hu l-Post li Hekk Se Jibqa’.
Dan hu l-post li
hekk se jibqa’
Baqa’ ftit ta’
nifs pulit,
Ġewwa l-art
mimlija kosbor
Sema mdennes
bil-kubrit.
Dan hu l-post
fejn jien se nibqa’,
Hawn maqtuħ hekk
isolat
Bogħod min-nies u
kull ma jafu,
Għar imħaffer
ġewwa l-blat.
Eremit li baqa’
waħdu
Ma mexiex
maż-żminijiet,
Għax il-kaos baqa’
jikber,
Baqa’ jdardar
l-ilmijiet.
Dan hu l-post li
fih ser nibqa’
Ma nisma’
aħbarijiet,
Kull ma nara u
kull ma nisma’
Mimli kollu għawġ
u nkwiet.
Alfred Grech
San Lawrenz
15/06/2016

No comments:
Post a Comment