Wednesday, 6 July 2016




Jinfaqgħu Bżieżaq.

Jinfaqgħu bżieżaq t’arja qabel jiżbaħ
Murtali tas-sapun,
Ma baqa’ xejn miż-żrar u t-trab tal-bieraħ,
L-ispirtu fil-flixkun.

Ir-rota tibqa’ titħan sa fix-xifer,
Il-ħsieb sar bħal miġnun,
Indur in-naħħa l-oħra tas-siparju,
Ħabib kull min ikun.

It-toroq li terraqna saru xahari,
Il-lejla fejn se tkun?
Inkella saru dritti u qatt ma jieqfu,
Ħarstek daqs sejf misnun.

Alfred Grech

06/07/2106

No comments:

Post a Comment